Il-PM tar-Renju Unit Boris Johnson lura għax-xogħol f’Downing Street. F’messaġġ qasir quddiem l-uffiċċju tiegħu, Johnson wissa li l-pajjiż jinsab fil-punt ta’ “riskju massimu”
Fl-ewwel dehra uffiċjali tiegħu minn wara li kien inħakem mill-virus, il-PM qal li mhux lest li jarmi s-sagrifiċċju kbir li għamel il-poplu sa issa billi jerħi r-restrizzjonijiet b’mod prematur.
“Naf li diffiċli u rrid li l-ekonomija terġa’ tiċċaqlaq mill-iktar fis, iżda nirrifjuta li narmi s-sagrifiċċju tal-poplu u nissograw it-tieni peak” qal Johnson.
//= $special ?>