Liverpool ħabbru li pposponew b’tal-anqas sena t-tkabbir tal-istand Anfield Road. Il-ħsibijiet hu li jakkomodaw 7,000 spettatur ieħor u jkabbru Anfield għal 61,000 spettatur. B’dan il-posponiment minħabba l-coronavirus, ix-xogħlijiet mhux se jitlestew qabel is-sajf tal-2023.
Iċ-champions Ewropej kellhom mira biex jissottomettu l-applikazzjoni tal-bidu f’dawn iż-żminijiet wara li f’Novembru kienu bdew konsultazzjonijiet mar-residenti, in-negozji u l-partitarji. Il-Kap Eżekuttiv Operattiv ta’ Liverpool Andy Hughes qal li minħabba diversi sfidi li għandhom is-setturi bħalissa, ħadu d-deċiżjoni responsabbli li jipposponu l-proġett tal-anqas bi 12-il xahar.
//= $special ?>