Mara minn Ħal Għargħur kellha tittieħed b’urġenza l-Isptar Mater Dei wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-1.15pm fi Triq Santa Marija, l-Imġarr, Malta – meta għal xi raġuni mhux magħrufa seħħ impatt bejn Daihatsu Delta misjuqa minn raġel ta’ 55 sena residenti l-Imġarr u vettura tat-tip Toyota Aygo misjuqa mill-vittma ta’ 55 sena.
Fuq il-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħadu lill-mara l-isptar għal aktar kura fejn ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>