Lejl ieħor impenjattiv għall-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga hekk kif assistiti mill-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit (RIU), wettqu b’suċċess operazzjoni oħra b’rabta ma’ traffikar ta’ droga.
Stqarrija uffiċjali qalet li l-Pulizija kienet ilha xi ħin issegwi vettura li minn investigazzjonijiet li saru rriżulta li allegatament xi persuni li kienu fiha kienu qed jitraffikaw id-droga.
Kienu għall-ħabta tal-għaxra ta’ filgħaxija tal-Ħadd meta l-Pulizija mill-Iskwadra ta’ Kontra d-Droga u tal-RIU, iċċirkondaw vettura qrib il-Pjazza ta’ Buġibba.
Żewġ persuni li kienu fil-vettura, ġuvni ta’ 24 sena u tfajla ta’ 20 sena, ġew arrestati filwaqt li saret tfittxija fil-vettura fejn nstabet d-droga kokaina u ammont ta’ flus kontanti.



Iktar investigazzjonijiet matul is-sigħat illi għaddew wasslu biex il-Pulizija se tressaq il-Qorti il-ġuvni ta’ 24 sena illum fis-2.30pm quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.
//= $special ?>