Raġel ta’ 64 sena weġġa’ gravi wara li waqa’ minn fuq sellum. Fi stqarrija, il-Pulizija qalet li l-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.20a.m. f’resident privata f’Bormla.
Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post f’Suq Bonnici flimkien ma’ tim mediku li wara li tah l-ewwel għajnuna, ħa lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Iktar tard hu kien iċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Il-Pulizija qed tinvestiga.
//= $special ?>