Raġel Rumen kellu jittieħed b’emerġenza l-Isptar Mater Dei, wara li weġġa’ waqt li kien qiegħed jagħmel xogħol f’sit fi Triq Emmanuel Vitale, r-Rabat.
F’xi -10.30am ta’ dalgħodu il-Pulizija kienu infurmati li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha. Minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li r-raġel sofra ġrieħi f’idejħ waqt li kien qed jaħdem b’chaser.
Fil-post issejjaħ tim mediku li taw l-ewwel għajnuna u ambulanza ħadet lill-vittma l-isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Iktar tard, ir-raġel ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>