“Ix-xogħlijiet tkomplew u nista’ ngħid li l-ewwel bażi tal-Ark kważi lesta”.
Hekk stqarr ma’ Net News l-Arċipriet tal-Parroċċa ta’ San Publju f’għeluq is-sena mit-traġedja tal-ħruq tal-Ark ta’ San Publju fil-Floriana.
Huwa qalilna li x-xogħol fuq l-ark għadu fil-bidu tiegħu, filwaqt li jittama li jkun lest f’temp ta’ tliet snin. Fakkar li l-Ark se jkun maħdum kollu fuq id-disinn oriġinali ta’ meta intrama għall-ewwel darba fl-1899.
Min-naħa tiegħu l-Arċipriet ftakar dwar id-dieqa li l-ħruq tal-Ark Trijonfali kien ġab fost il-Furjaniżi, madanakollu huwa tenna li jittama li l-Ark il-ġdid, jerġa’ jimla qalb il-Furjaniżi b’ferħ kbir
“Meta l-Ark ikun lest dan żgur se jimla’ lill-Furjaniżi b’ferħ kbir, jekk Alla jrid se nerġgħu naraw lill-Floriana mogħnija b’din l-arkitettura unika mhux biss għal Malta iżda għad-dinja kollha”.
//= $special ?>