28 TA’ APRIL 1999
Illum hu l-21 anniversarju mill-mewt ta’ Sir Alf Ramsey. Hu jibqa’ magħruf l-aktar għas-suċċess tiegħu bħala kowċ nazzjonali tal-Ingilterra. Ramsey wassal lit-tim Ingliż biex jirbaħ it-Tazza tad-Dinja fl-1966, unur li sal-lum għadu l-uniku wieħed maġġuri mirbuħ mill-Ingilterra.
Ramsey inħatar kowċ tal-Ingilterra fl-1963 u dam imexxihom sal-1974. Fi żmienu, l-Ingilterra spiċċat ukoll fit-tielet post fil-Kampjonat Ewropew tal-1968 u mal-aħħar tmienja fit-Tazza tad-Dinja tal-1970 kif ukoll fil-Kampjonat Ewropew tal-1972. Wara t-tim nazzjonali Ingliż, Ramsey kellu esperjenzi qosra ma’ Birmingham u Panathinaikos qabel irtira fl-istaġun 1979/80.
Ramsey kellu wkoll karriera bħala plejer b’karriera ma’ Southampton u Tottenham. Hu lagħab 32 logħba mat-tim nazzjonali Ingliż fejn anki kien parti mill-iskwadra li lagħbet fit-Tazza tad-Dinja tal-1950. Hu miet fl-1999 fl-età ta’ 79 sena. Fl-2009 ġiet inawgurata statwa tiegħu quddiem Wembley Stadium wara li kien ġie mmodernizzat.
//= $special ?>