Coronavirus Lokali

8 każi ġodda ta’ Covid-19

Gepostet von NET News am Dienstag, 28. April 2020
17-il persuna oħra jfiequ mill-Coronavirus

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1072 swab test u nstabu 8 każijiet ġodda ta’ Coronavirus f’Malta.

Il-każijiet huma dawn:

Ingliż ta’ 58 sena li kellu deni, sogħla u uġigħ ta’ ras. Qiegħed isir contact tracing mal-familja u kif ukoll mal-kollegi tiegħu tal-post tax-xogħol.

Mara Maltija li bdiet bis-sintomi fis-6 t’April. Il-mara ssoltu tbati mill-allerġija u assumiet li s-sintomi huma tal-allerġija. Is-Supridentent appellat biex il-persuni li jħossu kwalunkwe sintomi jagħmlu t-test.

Żagħżugħa Maltija ta’ 28 sena li hija healthcare worker. Is-sintomi ħarġu l-Ħadd li għadda.

Il-ħames każijiet oħra li nstabu fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far. Il-każijiet huma kollha fuq irġiel li l-età tagħhom hija bejn id-19-il sena u l-31 sena. Fl-aħħar sigħat fiċ-ċentru saru 146 test.

L-ammont li ta’ persuni li fiequ fl-aħħar sigħat huwa dak ta’ 17, bit-total jitla’ għal dak ta’ 303. It-total ta’ każijiet f’Malta issa tela’ għal dak ta’ 458. L-ITU għad hemm persuna waħda li tinsab f’kundizzjoni stabbli.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-appelli tagħha jibqgħu biex ħadd ma joħroġ mid-dar ħlief għall-bżonn.

Huma diga’ ghaxra il-kazijiet ta’ Coronavirus li kellna f’pajjizna din il-gimgha. Dan hekk kif illum zdiedu tnejn ohra…u ghalhekk ma jaqta’ xejn l-appell ghall-kawtela mill-Professur Charmaine Gauci.