Lokali

FILMAT: Nar jaħkem binja abbandunata f’Marsaskala

Ilbieraħ bil-lejl għall-ħabta tal-11pm nar ħakem parti minn binja li xi darba kienet il-Jerma Palace Hotel f’Marsaskala.

Il-pulizija infurmat lil Net News li ħadd ma’ weġġa’ tul dan il-każ.

Membri tal-Protezzjoni Ċivili flimkien ma’ dawk tat-tifi tan-nar issejħu minnufih fuq il-post fejn wara ftit mumenti ġabu taħt kontroll is-sitwazzjoni.

Għadu mhux magħruf x’wassal għal dan in-nar, b’sorsi tagħna jgħidulna li fil-binja kien hemm numru ta’ skart li kien hu l-ewwel li ħa n-nar.