Coronavirus Internazzjonali

FIR-RENJU UNIT: Minuta silenzju għall-ħaddiema li mietu bil-Covid-19

Fil-11 ta’ filgħodu (ħin Brittaniku) fir-Renju Unit se tingħata minuta silenzju għall-ħaddiema vittmi li mietu bil-Coronavirus.

Sa issa fir-Renju Unit b’kawża ta’ din l-imxija tilfu ħajjithom aktar minn 100 ħaddiem tal-NHS.

L-ammont ta’ mwiet fil-pajjiż issa tela’ għal aktar minn 21,000.

Ilbieraħ il-PM Brittaniku Boris Johnson daħal lura għax-xogħol f’Downing Street wara li kien inħakem mill-istess virus. F’messaġġ qasir quddiem l-uffiċċju tiegħu, Johnson wissa li l-pajjiż jinsab fil-punt ta’ “riskju massimu”, u jeħtieġ li l-poplu jibqa’ jżomm il-kawtela u jibqa’ ubidjenti għall-ordnijiet li l-Awtoritajiet qed jagħtu.