Il-Ħamis li ġej fil-Parlament se tingħata opportunità biex id-deputati jivvutaw ħalli l-isptarijiet jerġgħu jsiru tal-Maltin. Dan wara mozzjoni li ressaq l-Partit Nazzjonalista fil-Parlament.

Minkejja li din il-mozzjoni tressqet madwar ġimgħa ilu, u minkejja li din tresqet għaliex direttament tolqot lill-Maltin u l-Għawdxin kollha, il-membri parlamentari tal-Gvern sat-Tlieta filghodu kienu għadhom ma ddiskutewx x’se jagħmlu bil-vot tagħhom. U sat-Tlieta filgħodu, kienu gġadhom bla pożizzjoni.

F’din il-mozzjoni, l-Partit Nazzjonalista qed jinsisti li l-Parlament jivvota favur li l-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex jittieħdu mingħand il-kumpanija Steward u jerġgħu jsiru sptarijiet tal-poplu Malti u Ghawdxi. Madanakollu, lanqas il-Ministru t’Għawdex ma ddikjarax li se jivvota favur l-Għawdxin u qalilna biss “Issa naraw.”

L-Oppożizzjoni ressqet din il-mozzjoni wara li l-privatizzazzjoni tal-isptarijiet ma wasslitx għall-imodernizzar tal-istess sptarijiet waqt li l-poplu Malti spiċċa ħallas madwar €250 miljun.
