Edwin Vassallo, PN
Fil-pajjiż hawn dittatura parlamentari għaliex il-Gvern ħataf il-pulizija u x-xandir; illum id-dittatura tfisser li l-Gvern igiddeb il-verità.
Dan sostnieh id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo meta kien qed jitkellem fil-parlament.
Hu qal li Republbika kellhom kull dritt iressqu talba għal investigazzjoni u hu ħażin li l-prim Ministru jgħawweġ il-verità biex iqarreb il-verità kif irid hu. Edwin Vassallo sostna li hi gidba li jingħad li l-Oppożizzjoni qed ipprova titfa’ lis-suldati l-ħabs u sostna li l-istqarrija tal-Prim Ministru hi att immorali li tbaxxi l-livelli tal-governanza tal-Prim Ministru. Il-gidba hi att immorali biex ikun protett il-ħażin, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-Prim Ministru Abela għadu qed ifittex il-konfort li jkollu Kummissarju tal-Pulizija li jgħoġob lilu u jaġixxi kif irid hu.
Il-Gvern qed igiddeb lilu nnifsu, sostna Edwin Vassallo, li kompla li l-PN qed jitlob lill-Gvern biex jemenda l-mod kif jingħażel il-Kummissarju tal-Pulizija. Fil-pajjiż hawn dittatura parlamentari għaliex il-Gvern ħataf il-pulizija u x-xandir; illum id-diattura tfisser li l-Gvern igiddeb il-verità.
Edwin Vassallo qal li l-Prim Ministru se jibqa’ jagħżel lill-Kummissarju tal-Pulizija għaliex iridu pupazz f’idejh. Hu qal li l-ħsara lill-pajjiż qed issir mill-ex Prim Ministru Muscat li kellu jinżel mill-poter għaliex attwa politika li kien lest jagħmel kollox biex jakkwista l-poter.
Minkejja dak li qalet il-Kummissjoni Venezja, il-Prim Ministru żamm il-kontroll politiku li għandu fuq il-Korp tal-Pulizija u fuq istituzzjonijiet oħra li għandhom il-poter li jinvestigaw lill-istess Gvern. Din hi d-dittatura parlamentari.
Il-Kummissarju se jkun fuq sena probation li se jkun irid jgħoġob lill-Gvern iktar milli jaqdi dmiru. Il-Korp tl-Pulizija hu dipendenti fuq il-Gvern waqt li l-Gvern hu dipendenti fuq il-Korp tal-Pulizija.
Malta tilfet ir-reputazzjoni internazzjonali fis-settur kummerċjali propju minħabba dak lis seħħ fil-korp tal-Pulizija fl-aħħar xhur. Il-pajjiż daħal fi kriżi istituzzjonali, kostituzzjonali u politika li ħalliet effetti negattivi fuq diversi setturi. F’dan il-pajjiż se jibqa’ jkun hawn nies ‘il fuq mil-liġi; mhux veru li l-goveranza tajba hifuq l-aġenda tal-gvern.
//= $special ?>