Il-Kunsill Lokali Naxxar ċaħad dak li qal il-Ministru tal-Ambjent Aaron Farrugia li jaqbel mal-proġett kif imressaq mill-Gvern li jinkludi l-inċineratur fil-Magħtab.
Fi stqarrija għall-istampa l-Kunsill Lokali Naxxar qal li huwa qed jirreferi għat-tweġibiet fuq mistoqsijiet li saru t-Tnejn li għadda fil-Parlament. Il-Ministru allega li l-Kunsill Lokali Naxxar jaqbel mal-proġett kif imressaq inkluż mal-inċineratur.
Il-Kunsill dwar dan qal li jiċħad li ħa jew esprima pożizzjoni dwar dan mal-Ministru. Il-Kunsill infatti, wara l-laqgħa li kellu mal-Ministru Farrugia, qabel b’mod unanimu li, qabel ma jaslulu d-dokumenti formali, il-Kunsill Naxxari ma jieħux pożizzjoni fir-rigward. Aktar u aktar meta sal-lum id-dokumenti għadhom ma waslux.
//= $special ?>