Lokali Parlament

Il-Ministru Farrugia żgwida lill-Kamra

Il-Kunsill Lokali tan-Naxxar jiċħad li kien intlaħaq qbil mal-Gvern dwar l-estenzjoni tal-Magħtab

Il-Whip tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista Robert Cutajar talab ruling lill-Ispeaker wara li sostna li fis-seduta tal-bieraħ il-Ministru għall-Ambjent Aaron Farrugia żgwida lill-Kamra meta fil-ħin tal-mistoqsijiet ddikjara li l-Kunsill Lokali tan-Naxxar kien qabel mal-Gvern dwar l-estenzjoni tal-miżbla tal-Magħtab.

F’intervent fil-parlament id-deputat Nazzjonalista Robert Cutajar qal li wara d-dikjarazzjoni li għamel il-Ministru Farrugia lbieraħ, il-Kunsill Lokali tan-Naxxar ħareġ stqarrija fejn iddikjara li ma kienx hemm qbil dwar l-estenzjoni tal-miżbla tal-Magħtab.

Il-Ministru Farrugia qal li l-qbil li kien qed jirriferi għalih ilbieraħ kien dwar l-art li fuqha se ssir l-estenzjoni tal-Magħtab li issa tniżżel għal 82,000 metru kwardru.