Il-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Sostna li quddiem is-sitwazzjoni preżenti tal-pajjiż u quddiem dak li għadda minnu l-pajjiż, il-Kummissarjutal-Pulizija li se jinħatar għandu jkun persuna li lest jinvestiga lil kull min hemm bżonn b’integrità u bla jħares lejn wiċċ ħadd.
Fil-parlament il-Kap tal-PN irringrazzja lill-membri tal-korp tal-Pulizija li qed jesponu lilhom u lill-familji tagħhom fil-ħidma quddiem ir-riskji tal-coronavirus.
Dan bl-istess mod kif ftit ilu irringrazzjajt lill-membri tal-FAM. Il-ħidma tal-Pulizija qed tinbidel fejn qed tikber l-isfida tal-kriminalita organizzata li qed jużaw lil Malta bħala bażi fejn it-transazzjonijiet tal-flus qed isiru iktar minħabba dak li seħħ fl-aħħar xhur għaliex dawn jaħsbu lif Malta mhux se jħallsu l-konsegwenzi ta’ għemilhom.
Element ieħor hi l-vjolenza domestika li bħalissa qed tikber. Hu semma’ l-ħasil tal-flus u qal li dan hu l-inqas li ngħata attenzjoni u għalhekk iffjorixxa. Il-pulizija ma ngħatawx riżorsi biżżejjed biex jadu d-dmirijiet tagħhom.
L-isfida ewlenija tal-Korp tal-Pulizija hi l-kariga tal-Kummissarju tal-Pulizija fejn fl-aħħar seba’ snin il-Korp għandu ċirkostanza fejn inbidlu Kummissarju tal-Pulizija kull sena; il-Kummissarju ma jistax jagħmel xogħolu għax ma jitħalliex u għaliex ikun taħt il-manuvri tal-Gvern u tal-Prim Ministru dirett.
B’din il-liġi se jkun hemm garanzija li mhu se jinbidel xejn anzi żdiedet innvoazzjoni ġdida fejn il-Kummissrju se jkun fuq probation ta’ sena. Taħt min se tkun din il-probation? staqsa Adrian Delia, li kompla li se jkun il-Prim Ministru li se jagħżel lill-Kummissarju tal-Pulizija iżda mhux ċar x’inhuma l-kundizzjonijiet ta’ din il-probation.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-liġi qed tgħid li mhux se jkun il-Kummissarju li se jiddeċiedi propju meta l-pajjiż għandu bżonn it-tisħiħ tal-Korp tal-Pulizija. L-aħħar kelma mhux se tkun tal-Kummissarju tal-Pulizija, sostna Adrian Delia, li kompla li fil-Korp hemm ukoll pulizija stess li qed ikunu investigati fuq sahra. Hu sew li dawn ikunu investigati iżda l-istess għandu jkun hemm investigazzjoni fuq il-kbarat fil-Korp li naqsu mid-doveri tagħom.
F’intervista ma’ stazzjon barrani, il-Ministru Evarist Bartolo stess ammetta li d-demokrazija u s-saltna tad-dritt m’għadhomx jeżistu minħabba li r-rabtiet familjari huma iktar b’saħħithom mis-saltna tad-dritt.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma’ l-każ tal-Vitals u qal li nhar il-Ħamis id-deputati kollha se jkollhom l-opportunità li jew jivvotaw favur Malta jew favur Vitals u Steward. Il-pulizija kellha obbligu li tinvestiga dan l-iskandlu iżda qed tagħżel li ma tinvestigax. Il-każ beda qabel ħarġet l-offerta għaliex kien hemm min kien jaf li se jirbaħ il-kuntratt qabel dan inħareġ. Il-pulizija ma investigat lil ħadd u xejn.
Adrian Delia kompla li kien hemm nies magħżula li kkreaw din l-offerta u dawk li se jiddeċiedu kienu wkoll magħżulin biex jinsteraq il-poplu Malti b’mod maħsub. Kien il-Kap tal-PN li fetaħ kawża biex juri li l-kundizzjonijiet inkisru u li dak li kien miftiehem ma seħħx. Il-barranin kellhom joħroġ €170 miljun u jimmodernizzaw l-isptarijiet iżda ma sar xejn. Lil dawn il-poplu tahom €260 miljun mit-taxxi meta l-investiment ma sarx. Fejn marru l-flus u min ħadhom? Vitals u Steward kisru l-kuntratt.
L-ex ministru Konrad Mizzi, li jinsab taħt investigazzjoni kriminali, lanqas għadu jattendi s-seduti tal-parlament. Konrad Mizzi iffirma wkoll kuntratt biex mit-taxxi tal-polu jitħallsu €100 miljun lill-kumpaniji barranin meta kien jaf li il-kuntratt inkiser. Dawn iridu jitħallsu anki jekk il-barranin jiksru l-kuntratt. Minkejja dan, Konrad Mizzi mhux ikun investigat.
Adrian Delia semma’ l-Electrogas u qal fl-enerġija l-poplu qed jinsteraq erba’ darbiet fix-xahar iżda l-ebda investigazzjoni mhu qed issir. Il-kontijiet suppost jinħarġu kull xahrejn fuq sena iżda qed jinħarġu fuq sena biex ma jingħatawx il-benefiċċji.
Skandlu ieħor hu dak li fih il-Gvern, flok jixtri l-gass mingħand min jipprovdih, qed titħallas kummissjoni ta’ flus lil kumpanija oħra; anki hawn l-offerta kienet lesta.
It-tielet serqa hi li l-press taż-żejt u l-gass; li issa tfarrak tant li kienu frankati €96 miljun. Minkejja dan il-Prim Ministru Robert Abela iddeċieda li dawn jeħduhom il-barranin flok il-Maltin. Dan sar propju biex jitħallsu l-politiċi minn dan il-ftehim. Lil min investigaw il-pulizija?
Adrian Delia qal li l-Gvern qed jibgħat messaġġ li mhux kapaċi jkollu Kummissarju tal-Pulizija serju. Dan kuntrarjament għal dak li kien isir taħt Gvern Nazzjonalista meta l-istituzzjonijiet kienu jiffunzjonaw. Il-Kap tal-PN kompla li l-Prim Ministru irrifjuta l-proposta tal-PN biex il-Kummissarju jingħażel flimkien u issa jrid li l-Kummissarju jingħażel flimkien.
Dan hu l-istess Prim Ministru li jgħid mod u jagħmel għaliex il-Prim Ministru jaf li fil-pajjiż jista’ jintlaħaq qbil dwar il-ħatra tal-Kummissarju tal-Prim Ministru l-istess kif hemm qbil dwar l-Ombudsman, l-Awditur Ġenerali, il-President ta’ Malta u l-Prim Imħallef.
Adrian Delia kompla li l-Oppożizzjoni trid l-aqwa interess għall-pajjiż għaliex f’dan il-mument, l-aktar importanti hu li jsiru l-aqwa għażliet għall-pajjiż. Hu sostna li mhux veru li l-ħatra tal-Kummissarju ma tfisser xejn; anzi din teffettwa r-reputazzjoni ta’ Malta internazzjonalment.
Il-Kap tal-PN qal li fil-pajjiż hawn 8,102 ħaddiem jaħdmu fl-IT, 11,000 ħaddiem jaħdmu fis-servizzi finanzjarji, 10,900 fl-arti u d-divertiment u 8,500 fil-gaming. Ix-xogħol ta’ dawn jinsab perikolat.
Hu semma’ r-rapport tal-Moneyval u qal li issa kważi għaddiet is-sena li l-Moneyval ta lill-Gvern biex iwettaq ir-riformi biex Malta ma titpoġġiex fuq il-lista s-sewda; li jkun ifisser is-sensji u t-telf tal-impjiegi li dawn l-eluf ta’ persuni. Għalhekk hu importanti li jingħażel Kummissajru tal-Pulizija integru, li ma jħares lejn wiċċ ħadd u li m’għandu biża’ minn ħadd; la minn flus, mill-favuri jew mit-theddid.
Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla li l-Kummissarju jrid iġib l-interess tal-pajjiż bħala prijorità u mhux tal-ftit li jrid jiddefendi u mhux jagħti refuġju lill-kriminali kontra l-interess tal-poplu.
.
//= $special ?>