Karl Gouder, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karl Gouder qal li jeħtieġ preżenza iktar b’saħħitha ta’ pulizija fil-komunità.
Fil-parlament Karl Gouder qal li l-poplu stenna li l-pulizija tinvestiga u tara dak li kien ovvju għal kulħadd iżda dan ma sarx. Jeħtieġ ikun assigurat li l-pulizija qatt ma jkollhom tebgħa bħal din, sostna Karl Gouder, li kompla li l-mod kif se jinħatar il-Kummissarju tal-Pulizija se tagħti sinjal ċar tar-reputazzjoni tal-pajjiż. Dan biex il-Kummissarju jkun awtonomu mill-Gvern.
Id-deputat Nazjzonalista qal li l-PN ilu jisħaq li l-Kummissarju jkollu l-fiduċja sħiħa tal-Kamra kollha għaliex b’hekk biss jista’ jkun hemm persuna li jkn hemm garanzija lise tagħmel id-doveri kollha tagħha.
Hu qal li l-indħil fil-Korp tal-Pulizija jkollhom riperkussjonijiet u saħaq fuq l-importanza ta’ istituzzjonijiet b’saħħithom b’nies denji fil-karigi importanti. Il-Korp tal-Pulizija għandu funzjoni kruċjali b’membri denji iżda jrid ikollu tmexxija denja.
Id-deputat Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza li l-Korp tal-Pulizija għandu fil-komunità u fir-relazzjonijiet mal-kunsilli lokali. Hu sellem lill-pulizija fil-ħidma tagħhom f’diversi setturi fosthom quddiem il-problema tat-teħid tad-droga. Il-pulizija għandu jkollhom ir-riżorsi kollha biex fuq livell ta’ komunità jsir iktar.
Karl Gouder qal li hemm problema għaliex l-għases tal-pulizija ma jiftħux biżżejjed u sostna li l-Korp għadu jkun miftuħ iktar għall-aspett diġitali għalkemm il-kuntatt uman jibqa’ element importanti għaliex il-komunità tħossha sigur meta jkun hemm għases miftuħa. Jeħtieġ preżenza iktar b’saħħitha ta’ pulizija fil-komunità.
Dwar il-pulizija tal-komunità, id-deputat Nazzjonalista ppropona li jerġgħu jiddaħħlu l-Pulizija tat-Turisti għaliex fejn dawn kienu iddaħħlu ħallew riżultati pożittivi. Jeħtieġ relazzjoni mill-qrib bejn il-kunsilli lokali u l-pulizija. Il-Pulizija tal-Komunità u l-Pulizija tat-Turisti għandhom jiddaħħlu mal-pajji kollu għaliex dawn jagħmlu differenza kbria fil-lokalitajiet.
//= $special ?>