Sorsi infurmati fil-Korea t’Isfel ma jeskludux li Kim Jong-un, il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq komunista, seta’ għeb għat-tul taż-żmien ‘bħala attentat iddisprat biex ma jimradx bil-coronavirus’. Dan fost l-ispekulazzjoni kontinwa dwar Kim li, f’nofs-April, ma deherx għaċ-ċerimonji li akkumpanjaw jum ta’ sinifikanza kbira għal pajjiżu.
L-avveniment inkwistjoni kienet it-tifkira tal-anniversarju tat-twelid ta’ Kim il-Sung, in-nannu ta’ Kim Jong-un, li waqqaf l-Istat komunista. Intant, Kim Jong-un ilu ma jidher fil-pubbliku għal ġimgħat u ħadd ma jaf il-lokalità tiegħu – bl-aħħar rappurtaġġ dwaru (bil-filmati diretti) imorru lura għall-11 ta’ April.
Filwaqt li ma naqsux l-allegazzjonijiet li Kim Jong-un jinsab ‘kritikament marid’, l-uffiċjali fil-Korea t’Isfel għadhom jgħidu li mhumiex jaraw xi movimenti mhux tas-soltu fil-Korea komunista – fejn ir-reġim fi Pyongyang qed jinsisti li ‘pajjiżu ma għandu l-ebda każi konfermati tal-Covid-19’.
//= $special ?>