Sport Sport Ieħor

MINUTA MILL-PASSAT: Althea Gibson ssir l-ewwel tennista Afro-Amerikana li tirbaħ tournament prinċipali

Open ta’ Franza tal-1956. Edizzjoni li tibqa’ mfakkra għal dak li wettqet Althea Gibson. Kien żmien meta bħala Afro-Amerikana, kien diffiċli għaliha mhux biss biex ikollha drittijiet daqs tennisti oħra, iżda wisq aktar biex tiżviluppa l-kapaċitajiet tagħha.

F’mumenti għar-rieda qawwija tagħha għal drittijiet ugwali, kienet imqabbla ma’ Jackie Robinson. Il-court sar il-post ta’ sfog u l-Open ta’ Franza fl-1956 għamel id-differenza kollha fil-karriera tagħha. Fil-finali għelbet lill-Britannika Angela Mortimer f’żewġ sets 6-0 u 12-10 sabiex saret l-ewwel Afro-Amerikana li rebħet kompetizzjoni prinċipali.

Kien il-bidu ta’ karriera mill-aqwa fejn bis-suċċessi fl-1957 u fl-1958 f’Wimbledon, u l-Kampjonat Nazzjonali Amerikan li wara sar magħruf bħala l-Open tal-Istati Uniti, saret l-atleta eżempju ta’ rieda u tama għal bosta nisa Amerikani.Fl-istess perjodu flimkien mal-Britannika Angela Buxton, irnexxielha tirbaħ wkoll id-doubles f’Wimbledon u konferma aktar minn qabel tal-potenzjal li kellha.