Ritratti li waslu għandna juru numru ta’ nies li għażlu li jgawdu t-temp xemxi li hawn fuq il-ġżejjer Maltin bħalissa billi jmorru kontra l-appelli tal-Awtoritajiet tas-Saħħa u joħorġu fi gruppi ta’ aktar minn tlieta mingħajr id-distanza ta’ Social Distancing.
Mhux ċert jekk dawn il-persuni jgħixux taħt l-istess saqaf u għalhekk ikunu jistgħu joqgħodu fi grupp ta’ dak l-ammont iżda l-avviż legali jgħid li kull persuna li tkun fi grupp ta’ aktar minn tlieta tingħata multa ta’ 100 ewro.
Dan kollu fl-isforz biex niġġieldu u noħorġu mill-pandemija tal-COVID-19.
