Reċentement il-BOV Mobile App laħqet il-100,000 download u l-Bank of Valletta iddeċieda li jagħmel sorpriża lill-100,000 persuna li niżżel l-App.
Armata bl-ingwanti u s-sanitiser, Vanessa Borg mill-PR & Marketing tal-BOV bdiet tfittxija għall-100,000 persuna li niżżel l-App tal-BOV Mobile.
Wara ftit avventuri u rotot ħżiena, fl-aħħar sabet lil David Micallef u għamliltlu sorpriża billi irregalatu b’mobile ġdid Samsung Galaxy A71. “Kienet xi ftit jew wisq ta’ sfida fi sfond ix-xenarju tal-COVID-19. Dak li normalment nwettqu fi ftit sigħat, ħadilna ħafna iktar ħin.
“Ħallejna r-rigal fuq l-għatba tad-dar u kkomunikajna miegħu mill- bogħod kemm stajna sabiex niżguraw id-distanza soċjali,” iddikjarat is-Sa Borg. “Madankollu, is-sodisfazzjon kien akbar meta rajna l-wiċċ sorpriż li kellu s-Sur Micallef. Nispera li f’dan iż-żmien diffiċli rnexxielna nġibulu ftit ferħ.”
Permezz tal-BOV Mobile, il-klijenti jistgħu jiċċekkjaw il-bilanċi tal-kontijiet tagħhom, jittrasferixxu l-flus minn kont għall-ieħor, iħallsu l-kontijiet, iħallsu lil ħaddieħor bil-mobile to mobile payments u jittopjaw kwalunkwe’ mobile.
Fl-app wieħed ukoll isib is-securekey diġitali sabiex ikun jista jaċċessa l-Internet Banking tal-Bank. B’hekk il-klijenti jistgħu tassew iwettqu il-ħtijġijiet finanzjarji tagħhom mis-sigurta’ ta’ darhom, b’mod faċli u sikur.
Is-Sinjura Borg irringrazzjat lill-klijenti kollha li jagħżlu l-BOV Mobile biex iwettqu l-bżonnijiet bankarji tagħhom u ħeġġithom biex jibqgħu sikuri d-dar u jużaw l-internet u l-mobile banking minflok jinqalgħu minn djarhom biex imorru l-bank. U min jaf, id-darba li jmiss tista’ tkun int!
Il-BOV Mobile huwa disponibbli għall-abbonati kollha tal-BOV Internet Banking u jista’ jitniżżel mingħajr ħlas minn Google PlayStore ™ u l-App Store ™ ta’ Apple. Biex tibda tuża l-app, wara li titniżżilha, ibagħat email fuq info@bov.com. Biex tara lis-Sur Micallef jiġi sorpriż, idħol fuq https://youtu.be/qFBIrorLdzs.
//= $special ?>