Lokali

Tfajla ta’ 15-il sena rrappurtata nieqsa

Il-Pulizija b'appell lill-pubbliku biex jgħaddulhom kwalunkwe informazzjoni dwar Shakira Degabriele kemm bit-telefon jew billi jżuru l-eqreb Għassa

Tfajla ta’ 15-il sena ġiet irrappurtata nieqsa mill-Pulizija t-Tlieta waranofsinhar.

Fi stqarrija, il-Pulizija żvelat li t-tfajla jisimha Shakira Degabriele u bidlet il-kulur ta’ xagħarha.

Il-Pulizija appellat lil kull min għandu xi informazzjoni dwar il-persuna, jista jgħaddihielha, anki b’mod kunfidenzjali, fuq in-numri 21224991, 119 jew iżuru l-eqreb Għassa tal-Pulizija