Daqqa devastanti lill-industrija tal-‘cruise liners’ kaġun tal-pandemija tal-COVID-19 meta fl-ewwel kwart tas-sena waslu 38,000 passiġġier inqas fuq is-sena li għaddiet, li jfisser 48.5% anqas.
Kienet mistennija d-daqqa fil-wasla tal-vapuri tal-passiġġieri f’Malta fl-ewwel tliet xhur tas-sena fejn uriet tnaqqis ta’ kważi nofs il-passiġġieri fuq tas-sena li għaddiet.
Iċ-ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO) juru li bejn Jannar u Marzu li għadda t-turisti f’dan is-settur naqsu għal 40,175 dawk li ġew Malta fuq ‘cruise’ meta fl-istess xhur tal-2019 kienu waslu Malta 78,051.
Qabel mal-bastimenti twaqqfu milli jidħlu Malta minħabba l-coronavirus kienu biss disgħa li laħqu daħlu fil-portijiet lokali, 12 inqas mill-perjodu Jannar sa Marzu tal-2019, anke jekk bħala medja kellhom 4,464 passiġġier abbord kull wieħed, 747 aktar mis-sena li għaddiet.
Il-passiġġieri mill-Unjoni Ewropea ammontaw għal 53.5% tat-total tal-passiġġieri bi 22.8% kienu ġejjin mill-Italja segwiti minn 10.7% minn Franza u 6.3% mill-Ġermanja. Kienu 18,663 li ġew minn barra l-Unjoni Ewropea fosthom 15.4% mir-Renju Unit u 15% mill-Istati Uniti.
//= $special ?>