Coronavirus Lokali Saħħa

COVID-19: 5 każi ġodda – 36 imfejqa

Fost il-każi: raġel li jaħdem f’dar tal-anzjani u żewġ asintomatiċi

Fl-aħħar 24 siegħa nstabu 5 każi ġodda ta’ Covid-19 f’pajjiżna wara li saru 1,207 test – għal aktar minn 31,000 swab.

Dan ħabbritu l-Professur Charmaine Gauci fejn spjegat li fiequ 36 persuna oħra.

Dan ifisser li l-każi totali pożittivi laħqu l-463 u l-ammont ta’ persuna mfejqa huwa dak ta’ 339. Għaldaqstant il-każi attivi huma 120.

Il-każi huma; Raġel ta’ 41 sena mill-Filippini residenti u jaħdem Malta u kellu sintomi ta’ uġigħ ta’ ras u nuqqas ta’ xamm 3 ijiem ilu. Huwa jaħdem f’xogħol ta’ kostruzzjoni u qed isir il-contact tracing.

Żagħżugħ ta’ 23 sena mis-Sudan li kellu sintomi ta’ qtugħ ta’ nifs u għejja.

Malti ta’ 49 sena li jaħdem f’dar tal-anzjani, Maltija ta’ 27 sena li ma kellha l-ebda sintomi imma ħarġet pożittiva bħala parti mill-iscreening li qed isir qabel l-operazzjonijiet fl-Isptar Mater Dei. Hija taħdem f’uffiċċju privat.

Maltija ta’ 52 sena li lanqas hi ma kellha sintomi imma rriżultat pożittiva fi proċess ta’ screening.

Profs. Gauci spjegat li Fiċ-Ċentru Miftuħ ta’ Ħal Far saru 96 u ħadd minnhom ma kien pożittiv madanakollu l-kwarantina ġiet estiża.

Is-Suprintendent għas-Saħħa Pubblika appellat sabiex il-pubbliku jibqa’ jżomm mal-miżuri ta’ social distancing.