Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

“Dwejra 2000 trid tingħata l-importanza li jixraqilha” – Nature Trust – FEE Malta

Nature Trust – FEE Malta tikkundanna l-vandaliżmu mwettaq

“L-Awtoritajiet għandhom ixammru l-kmiem u jieħdu l-infurzar u l-konservazzjoni tan-natura ta’ madwarna b’serjetà”. Dan huwa l-appell ta’ Nature Trust – FEE Malta wara li l-NGO ikkundannat il-vandaliżmu mwettaq fuq is-siġar fiz-zona tad-Dwejra Natura 2000 f’Għawdex.

Filwaqt li ġie mfaħħar l-aġir u l-pożizzjoni li ħa minnufih il-Kunsill Lokali ta’ San Lawrez, Nature Trust – FEE appoġġjat l-appelli li għamel il-Kunsill għal monitoraġġ aktar qawwi u iżjed infurżar f’dan is-sit nazzjonali.

Fi stqarrija l-NGO saħqet li wara l-waqgħa tat-Tieqa tad-Dwejra, il-Gvern kien aktar moħħu biex jikkommissjona l-istudji u f’dibattiti governattivi milli jimplimenta miżuri ta’ emerġenza sabiex jippreserva l-ġmiel naturali ta’ dan is-sit.

Nature Trust- FEE Malta appellat lill-Awtoritajiet sabiex jirreallizzaw il-bżonn urġeti li dan is-sit għandu. L-NGO spjegat li ġaladarba verament għandu l-interess ta’ Għawdex f’qalbu, il-Gvern għandu jibda mid-Dwejra.

Huma insistew li d-deskrizzjoni ta’ Għawdex bħala Eco-Island, m’għandhiex tkun marketing stunt biss iżda kif tgħaddi din il-kriżi pandemika din iz-zona, li tiġbed lejha eluf ta’ turisti fis-sena, għandha tingħata l-importanza li jixirqilha.