Minkejja li fl-aħħar snin il-kelma ‘surplus’ smajniha ad nauseum, u l-Gvern ma kienx jitlef opportunita biex iżeffinha f’kull diskors u attività, meta ġejna as si u n-no jidher li mhux kulħadd qed imissu biċċa mis-surplus, specjalment issa li ħafna ħaddiema u familji sabu rwieħhom f’morsa kawża taċ-ċirkostanzi preżenti.
Filfatt, il-Ministru tal-Finanzi f’konferenza tal-aħbarijet qabel laqgħa mal-imsieħba soċjali fejn preżenta rapport mimli ċifri ta’ miljuni kbar, naqas milli jitkellem dwar miżuri sostanzjali li jistgħu jgħinu lil dawk in-negożji li sal-lum baqgħu kompletament injorati mil-Gvern.
Ġranet wara li l-Gvern nefaq ħmistax-il elf ewro biex iħabbar pakketi ta’ għajnuna, dawn l-istess għajnuniet baqgħu waslu biss għand il-ftit, u meta staqsejna lill-Ministru tas-Surplus x’se jagħmlu dwar dan, hu qalilna biss li “dejjem se ssib li xi ħadd li mhux se jintlaħaq”
Scicluna ingħaqad ma’ kelliema oħra tal-Gvern li lkoll konvenjentment ħarbu meta mistoqsija dwar miżura ovvja li tista tgħin mhux biss lin-negozji, iżda lil-familji Maltin u Għawdxin kollha – dik tat-traħħis tal-elettriku. B’Scicluna, ukoll, jidher li m’għandux saħħa li jieħu deċiżjoni li minnha jgawdi il-poplu Malti u Għawdxi kollu.
Net News fl-ahhar jiem spjega illi huma eluf il-ħaddiema u n-negozji li xahrejn wara li bdiet l-imxija tal-Covid-19 għadhom ma rċevew l-ebda tip ta’ għajnuna mill-Gvern, b’negozji li qed jisfaxxaw għax ma jifilħux joħorġu l-eluf f’pagi mingħajr ma għandhom l-ebda tip ta’ dħul. Fl-ewwel xahar kienu diga’ tkeċċew 350 haddiem minn xogħolhom.
Dan kollu qed iseħħ fl-ambitu tad-daqqa enormi fuq l-ekonomiji globali, fejn issa hemm rapport tan-Nazzjonijiet Uniti illi juri kif 1.5 biljun persuna jafu jitilfu l-impjieg tagħhom kaġun ta’ din il-kriżi.
//= $special ?>