Internazzjonali

Imut Irrfan Khan, magħruf għall-partijiet tiegħu fi Slumdog Millionaire u Jurassic World

Luttu fid-dinja taċ-ċinema, hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Irrfan Khan, l-attur Indjan li jibqa’ magħruf l-aktar għall-karattri li interpreta fil-films ċelebri Millionaire u Jurassic World. Hu miet fl-età ta’ 53 sena fi sptar fil-belt ta’ Mumbai.

Sentejn ilu, Khan kien żvela fuq Twitter li għandu tumur rari li jaffettwa liċ-ċelloli li jirrilaxxaw l-ormoni lejn id-demm. Xahrejn wara, hu kien stqarr pubblikament ukoll l-esperjenza li kien għaddej minnha, partikolarment l-uġigħ u l-inċertezza.

Hekk kif fl-aħħar sigħat ġriet l-aħbar tal-mewt tiegħu, kienu ħafna l-personalitajiet pubbliċi li sellmu minn madwar id-dinja … minn politiċi għal atturi.