Ir-Royal Malta Yacht Club għadu bit-tama li l-Kampjonati Dinjija inawgurali tal-Offshore għall-ekwipaġġi mħallta tal-kategorija double handed isiru f’Ottubru li ġej. Il-Kampjonati li ġew żvelati waqt tnedija mill-World Sailing fl-2017, kienu skedati li jsiru fl-istess żmien tal-41 edizzjoni tar-Rolex Middle Sea Race. Minkejja ċ-ċans li dan l-avveniment jitwaqqaf milli jsir minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, ir-Royal Malta Yacht Club xorta għadu qed jaħdem sabiex ikollu proċess ta’ għażla fis-seħħ.
Dan sabiex eventwalment jintgħażel it-tim Malti għall-kategorija Mixed Double Handed. Dan il-proċess li qed isir taħt l-awspiċi tal-Federazzjoni Maltija tal-Ibburdjar, b’koperazzjoni mal-Jarhead Young Sailors Foundation u b’appoġġ ma’ Yachting Malta. Dan il-proċess jibda biss wara li l-awtoritajiet tas-saħħa jiddeterminaw li din l-attività tista’ ssir. Ir-Royal Malta Yacht Club ġiet magħżula mill-World Sailing biex tospita dan l-avveniment.
L-età minima għall-ekwipaġġi magħmula minn raġel u mara hi ta’ 18-il sena u ż-żewġ persuni jridu jkunu membri ta’ klabb jew assoċjazzjoni affiljata mal-Malta Sailing Federation. L-ekwipaġġi eliġibbli huma mitluba jibagħtu email lil info@rmyc.org fejn jiddikjaraw l-interess tagħhom biex jibqgħu aġġornati bl-aħħar żviluppi.
//= $special ?>