It-Teatru Maneol iddiżassoċja ruħu kompletament mill-istqarrijiet li għamel l-eks direttur artistiku tal-V18, Mario Philip Azzopardi.
Dan wara li Mario Philip Azzopardi, wieħed mill-uċuħ prominenti fil-kampanja elettorali Laburista tal-2013, attakka fuq il-midja soċjali ta’ Facebook lill-Membru Parlamentari Ewropew Roberta Metsola fejn iddeskriviha b’diskors dispreġġjattiv għall-aħħar fosthom, “marida” u li “pajjiżha jobgħodha”.
Fi stqarrija t-Teatru Manoel spjega li “d-dinjità u l-istatus tat-Teatru Nazzjonali ta’ Malta m’humiex fuq l-istess livell tal-kontenut ta’ dawn il-kummenti”.
Minn naħa tagħha, Roberta Metsola inkoraġġixxiet liż-żgħażagħ sabiex ma jibżgħux jersqu lejn il-politika minħabba nies u kummenti bħal dawk ta’ Azzopardi.
//= $special ?>