Lokali Parlament

L-e-scooters għandhom ikunu inċentivati ferm iktar

David Thake, PN

Id-deputat Nazzjonalista David Thake appella lill-Gvern biex jinċentiva ferm iktar l-użu tal-e-scooters u tal-vetturi li jaħdmu bl-elettriku biex b’hekk jonqos it-tniġġiż.

Fil-parlament David Thake qal li l-Avviż Legali tal-2091 dwar l-e-scooters marret wisq lil hinn mill-iskopijiet tagħha. Bidla importanti hi li dwar id-differenza bejn l-użu tal-e-scooters għal użu personali u e-scooters li huma high power.

Il-pajjiż joħroġ miljuni għal sussidju fit-trasport pubbliku biex il-pubblika ma jużax il-karrozzi tiegħu u b’hekk titnaqqas it-tniġġiż. Dan filwaqt li jintuża tat-trasport pubbliku.

Id-deputat Nazzjonalista qal li r-rota hi l-inqas li tniġġeż u warajhom hemm l-e-scooters. Għalhekk hemm bżonn li jiddaħħlu iktar nies li jużaw l-e-scooters biex jitnaqqas it-tniġġiż.

Madwar 36% tal-vjaġġi tal-e-scooters jieħdu post mixja ,10% jieħdu post vjaġġ bir-rota, 36% jieħdu post vjaġġ bil-karozza u 10% jieħdu post vjaġġ bit-trasport pubbliku. Dan ifisser li nofs il-vjaġġi tal-e-scooters qed ineħħu l-piż tal-karozzi jew tat-trasport pubbliku.

David Thake tkellem dwar l-ispejjeż li hemm fuq dan il-mezz ta’ trasport u li jistgħu jnaqqsu l-vijabbiltà u l-attrazzjoni għall-persuni biex jużawhom. Irid ikun assigurat li ma jkunx hemm tfixkil biex il-pubbliku juża’ l-e-scooters u għalhekk il-Gvern għandu jinkoraġixxi iktar lill-pubbliku biex juża’ dan il-mezz ta’ trasport.

David Thake semma’ d-diversi benefiċċji li jġibu l-e-scooters u qal li hemm bżonn ta’ regolamenti fosthom li jintużaw il-helmets u l-vests li jidhru għaliex is-sigurtà trid tkun garantita.

Hu semma’ l-karozzi elettriċi u qal li hawn problema li l-postijet fejn il-kaorzzi jistgħu jiċċarġjaw m’għandhomx sinjali li jipprojbixxu li l-karozzi normali jipparkjaw fil-post.