29 TA’ APRIL 1970
L-eks tennist Amerikan Andre Agassi llum jagħlaq 50 sena. Tul il-karriera tispikka r-rivalità li kellu ma’ Pete Sampras Agassi rebaħ l-ewwel Grand Slam tiegħu fl-1992 bir-rebħ ta’ Wimbledon, l-istess tournament li bejn l-1988 u l-1990 skartah minħabba t-tradizzjoni li ried bilfors jilgħab bl-abjad.
Hu rebaħ l-Open tal-Istati Uniti fl-1994 u wara li qaxxar xagħru fuq parir tat-tfajla tiegħu ta’ dak iż-żmien Brooke Shield, Agassi rebaħ l-Open tal-Awstralja fl-1995 u l-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta’ Atlanta fl-1996. Agassi żżewweġ lil Shields fl-1997 u kawża ta’ diversi injuries fil-polz, tilef il-forma fejn spiċċa lagħab ftit logħob u niżel fil-141 post fil-klassifika dinjija.
Fl-1999, Agassi rritorna bħala tennist aktar matur wara li kien anki kiseb id-divorzju. Permezz tar-rebħ tal-Open ta’ Franza, irnexxielu jagħmel Grand Slam. F’dak iż-żmien kien sar il-ħames tennist wara Fred Perry, Don Budge, Rod Laver u Roy Emerson li rebaħ l-erba’ tournaments il-kbar. F’dik is-sena hu rebaħ ukoll l-Open tal-Istati Uniti u temm fil-quċċata tal-klassifika dinjija. Bejn l-2000 u l-2003, Agassi rebaħ l-Open tal-Awstralja tliet darbiet u qabeż lil John McEnroe u Mats Wilander b’total ta’ tmien Grand Slams mirbuħa. Fl-2001 iżżewweġ lill-eks numru wieħed tad-dinja Steffi Graf u sar missier għal darbtejn.
Fl-età ta’ 33 sena, Agassi sar l-ixjaħ tennist li kien in-numru wieħed fid-dinja, rekord li nkiser minn Roger Federer. Fl-2005 f’Los Angeles, l-Amerikan rebaħ is-60 titlu ATP. Il-karriera tiegħu ntemmet sena wara kawża ta’ problemi f’daharu. Bejn l-2017 u l-2018, Agassi kien kowċ ta’ Novak Djokovic għal perjodu qasir.
//= $special ?>