Lokali

Lanċa tas-sajd Maltija ordnata tbaħħar ħdejn dinghy bl-immigranti

Sorsi viċin Kastilja ikkonfermaw ma’ dan is-sit kif fis-sigħat li għaddew saru diversi tentattivi mill Gvern Malti sabiex jikkonvinċi lil Libja taċċetta lura madwar 60 immigranti irregolari li jinsabu fiz-zona tat-tiftix u salvataġġ ta’ Malta.

Dan is-sit jinsab infurmat li sar kuntatt mal-Gvern Libjan permezz tal-Ambaxxatur Malti fit-Tunisia.

L-istess sorsi stqarru li din il-mossa xejn ma niżlet tajjeb mal-awtoritajiet Libjani, għall-fatt li għal darba oħra l-Gvern Malti qed jitlob lil Gvern Libjan sabiex jieħu lura immigranti irregolari li diġà jinsabu fl-SAR Malti.

Sadanittant dgħajsa tas-sajd Maltija ngħatat struzzjonijiet mill-awtoritajiet Maltin sabiex tbaħħar fiż-żona ta fejn jinsab id dinghy b’madwar 61 immigrant irregolari fuqu.