Tħabbret il-mewt ta’ Fra Giacomo Dalla Torre di Sanuinetto, li għal dawn l-aħħar snin serva bħala l-Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta.
Huwa miet fl-għomor ta’ 75 sena.
Fra Giacomo Dalla Torre di Sanuinetto kien it-80 Gran Mastru tal-Ordni ta’ Malta li hija magħrufa internazzjonalment għall-missjoni kbira umanitarja li twettaq f’bosta żoni mifnija minn gwerer.
L-Ordni Sovrana ta’ Malta għandha rabta intrinsika ma’ pajjiżna bil-wasla tagħhom f’Malta fl-1530.
Fi stqarrija, il-Partit Nazzjonalista sellem il-memorja ta’ Fra Giacomo Dalla Torre di Sanuinetto, li kien deskritt bħala raġel prudenti u attent. L-istqarrija kienet iffirmata mill-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Affarijiet Barranin Carmelo Mifsud Bonnici, mill-Kelliema tal-Oppożizzjoni għall-Investiment Ekonomiku Kristy Debono u mis-Segretarju Internazzjonali Roselyn Borg Knight.
//= $special ?>