Coronavirus Sport Sport Ieħor

Tliet tlielaq oħra tal-Moto GP ikkanċellati minħabba l-coronavirus

(Ritratt: EPA)

It-tlielaq tal-Moto GP fil-Ġermanja, l-Olanda u l-Finlandja f’Ġunju u Lulju ġew ikkanċellati kollha minħabba l-pandemija tal-coronavirus. Il-Grand Prix tal-Ġermanja kienet skedata li ssir fil-21 ta’ Ġunju, tal-Olanda f’Assen ġimgħa wara filwaqt li t-tellieqa fil-Finlandja kellha tagħmel id-debutt fit-12 ta’ Lulju.

It-tellieqa tal-Olanda kienet l-unika waħda li kienet fil-kalendarju tal-Moto GP kull sena mill-ewwel kampjonat lura fl-1949. Il-Kap Eżekuttiv tal-promoturi Dorna Carmelo Ezpeleta wera d-dispjaċir tiegħu għal din l-aħbar, bl-istess persuna kien ottimist il-ġimgħa l-oħra li l-kampjonat seta’ jibda minn Lulju.

L-istaġun tal-Moto GP għadu jrid jibda hekk kif l-ewwel 11-il tellieqa ġew affettwati mill-Covid-19, bit-tmexxija tal-Moto GP għadha trid tippubblika kalendarju aġġornat. It-tlielaq fi Spanja, Franza u l-Italja ġew posposti u jidhru f’inċertezza. It-tellieqa li jmiss fil-kalendarju oriġinali hi l-Grand Prix tar-Repubblika Ċeka f’Brno fid-9 ta’ Awwissu.

Tags