30 TA’ APRIL 1998
Bħal-lum 22 sena ilu, l-Avukat Joe Mifsud kompla jikteb paġni storiċi fil-futbol Malti fuq livell personali. Minbarra li diġà kien jokkupa kariga fl-Eżekuttiv tal-UEFA, fl-1998 waqt Kungress tal-UEFA f’Dublin, Mifsud kien wieħed mill-magħżula biex jirrappreżenta lill-assoċjazzjoni Ewropea fl-Eżekuttiv tal-assoċjazzjoni dinjija tal-futbol.
Fl-ewwel votazzjoni kienu eletti n-Norveġiż Per Ravn Omdal u l-Ispanjol Angel Maria Villar Llona b’34 vot kull wieħed. Kien hemm bżonn it-tielet membru elett, bil-President tal-MFA ta’ dak iż-żmien, jikseb vot aktar mill-President ta’ VfB Stuttgart Gerhard Mayer-Vorfelder. Mifsud għeleb l-isfida wkoll tar-Russu Viachelsav Koloskov. F’dak l-istess Kungress, l-Iżvediż Lennart Johansson kien elett għat-tielet darba President tal-UEFA.
//= $special ?>