30 TA’ APRIL 1994
Pietà Hotspurs taħt it-tmexxija tal-kowċ Freddie Cutajar u l-President Edward Schembri, għamlu ċert mill-promozzjoni għall-Kampjonat b’rebħa ta’ 2-0 kontra Mellieħa, b’gowls ta’ JASON CASSAR. Hu skorja wara ħames minuti logħob meta seraq ballun lid-difiża ta’ Mellieħa u qabbeż il-ballun fuq Barry. Pietà rduppjaw fil-bidu tat-tieni taqsima meta reġa’ kien JASON CASSAR li tar minn tulu u skorja b’daqqa ta’ ras wara azzjoni ta’ Claude Mangion.
Pietà spiċċaw l-istaġun fit-tieni post wara Naxxar Lions u għelbu l-isfida ta’ timijiet bħal St. George’s, Mosta u Marsa li kollha kienu qed jissieltu biex jiksbu l-promozzjoni. L-esperjenza ta’ Pietà fil-Kampjonat Premier damet staġun biss iżda fl-istaġun ta’ wara reġgħu kisbu l-promozzjoni biex l-istaġun 1996/97 kien it-tieni wieħed tagħhom fl-ogħla diviżjoni. Huma baqgħu b’mod konsekuttiv fil-Kampjonat Premier sal-istaġun 2007/08.
//= $special ?>