Vapur b’57 immigrant, kollha rġiel mistenni jibqa’ 13-il mil ‘il barra mill-kosta Maltija. Dan wara li l-immigranti li kienu fuq dgħajsa tas-sajd kienu salvati mill-lanċa Dar as Salam u mistennija jiġu trasferiti fuq vapur tal-Captain Morgan li ġie mikri mill-Gvern. Dan l-arranġament sar mill-Gvern Malti.
Filwaqt li l-portijiet Maltin għadhom magħluqin, il-Gvern qed jinsisti li l-Unjoni Ewropea trid terfa’ responsabilità għall-immigranti.
//= $special ?>