Għandu jkun hemm strateġija cara għal wara li jgħaddi dan il-perjodu li ninsabu fih bħalissa. Dan għaliex se nkunu f’dinja fejn …aktar minn qatt qabel…kulħadd jikkompeti kontra xulxin biex inqumu fuq saqajna wara din il-kriżi.
Sostna dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia waqt laqgħa li kellu ma’ diversi għaqdiet li jirrappreżentaw negozji żgħar u medji. Preżenti għal din il-laqgħa kien hemm il-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Investiment Ekonomiku u n-Negozji ż-Żgħar Kristy Debono u Edwin Vassallo, Kelliem għas-self employed u l-koperattivi.
Waqt din il-laqgħa li saret fuq pjattaforma online Adrian Delia saħaq li l-Partit Nazzjonalista qed jibbaża l-politika tiegħu fuq tliet prinċipji: li naħdmu lkoll flimkien biex naġixxu b’mod immedjat f’din il-kriżi ta’ pandemija internazzjonali, li jkun hemm strateġija post Covid, u li pjattaformi diġitali għandhom jissahhu b’mod li jkun konvenjenti għal kulħadd.
L-għaqdiet li jirrappreżentaw negozji żgħar u medji, urew it-tħassib tagħhom dwar id-daqqa ekomonika li qed jieħdu, fejn kien hemm diversi hwienet li ma bbenifikawx mill-għajnuna li qed jagħti l-Gvern. Bħal ħafna setturi oħra, is-settur tar-retail huwa wieħed li qed jiltaqa’ ma’ bosta diffikultajiet fl-eqqel ta’ din il-krizi li qed thalli mijjiet ta’ persuni bla xoghol.
Adrian Delia enfasizza l-fatt li pajjiżi oħra qed iħejju pjan għax-xhur li ġejjin fuq kif ghandhom jittaffu l-miżuri, iżda s’issa l-Gvern għadu ma prezenta ebda pjan ta’ kif se jagħmel dan.
//= $special ?>