Lokali Parlament

Dan hu agħar minn korruzzjoni

Claudette Buttigieg, PN

Id-deputat Nazzjonalista Claudette Buttigieg qalet li l-bejgħ tal-isptarijiet hu l-ikbar skandlu; agħar minn korruzzjoni fejn il-Gvern qed jinsa’ l-kuntratt tal-VGH.

Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qalet li dawn il-kuntratti kienu mgħottija u nżammu mistura mill-gvern meta tpoġġew fil-parlament mill-Ministru Konrad Mizzi. Fejn hu Konrad Mizzi? Ħarab! Hu iffimara dawn il-kuntratti u għandu jkun fil-parlament jispjega, sostniet id-deputat Nazzjonalista.

Claudette Buttigieg qalet li Joseph Muscat kien qal li l-ftehim ma’ Barts se jwassal għal investiment ta’ €200 miljun u se joħloq 2,200 impjieg waqt li se jsir modernizzar tal-isptarijiet fil-livell ta’ Mater Dei.

Hi qalet li dakinhar hi kienet għamlet diversi mistoqsijiet fejn Konrad Mizzi kien wieġeb li din ma kinitx privatizzazzjoni iżda PPP bil-gvern ikollu kontroll fuq id-delivery. Konrad Mizzi kien qal ukoll li se jkun hemm proċess ġust u se jkun hemm dritt ta’ appell. Erbat ijiem wara kien nifetaħ il-proċess.

Hi qalet li l-kumpanji involuti fil-fatt twaqqfu jumejn qabel il-gvern ħabbar il-proċess; il-poplu Malti veru jistħoqqlu ftehim ferm aħjar.