L-1 ta’ Mejju ta’ din is-sena qed jasal f’mument diffiċli u ta’ sfida kemm għall-ħaddiema Maltin u Għawdxin kif ukoll għall-pajjiżna. Huwa mument li bħala Solidarjetà Ħaddiema Partit Nazzjonalista ma nistgħux ma niftakrux f’tant ħaddiema li qed jaffrontaw wiċċhom ma’ pandemija li laqtet lid-dinja kollha u li ninsabu f’ġirja waħda sabiex nikkontrollaw milli tkompli tinfirex u tagħmel il-ħsara.
Mument li jurina tassew kemm nafu nuru solidarjetà ma’ xulxin, ma’ dawk li għaddejjin minn inċertezza, ma’ dawk li tilfu x-xogħol jew b’xi mod naqsilhom id-dħul finanzjarju tagħhom f’dan iż-żmien partikolari. Mument fejn tintwera’ solidarjetà ma’ dawk li qegħdin fil-kera, ma’ dawk li jridu jħallsu xi manteniment u minħabba s-sitwazzjoni ta’ bħalissa qed isibuha diffiċli. Huwa propju hawn li dan l-1 ta’ Mejju għandu jkun differenti. L-għajnuna jeħtieġ li tingħata bla distinzjoni u tingħata lil kull min għandu bżonnha bħalissa. Inutli noqgħodu niftaħru kemm konna sejrin tajjeb.
Jekk inbidlu ċ-ċirkostanzi, irridu naraw kif jekkk jista’ jkun ħadd ma jbati u jaqa’ lura. Pajjiżna huwa obbligat li b’mod konkret irodd ħajr lura lejn dawk kollha li bis-saħħa tagħhom pajjiżna issaħħaħ finanzjarjament.
L-SĦPN tfakkar li kif anke f’dawn iż-żminijiet diffiċli l-Partit Nazzjonalista mingħajr daqq ta’ trombi għen lil ħaddiema u familji fil-bżonn, filwaqt li baqa’ jirrispetta l-privatezza tagħhom, tfakkar tagħmel kuraġġ lill-ħaddiema kollha ta’ pajjiżna sabiex jagħmlu kuraġġ. Il-politika tal-PN kienet dejjem li tpoġġi lill-bniedem fiċ-ċentru tal-politika tagħna. Għalhekk dak kollu li jkun deċiż ikun favur il-ħaddiema.
L-SĦPN tisħaq li l-ħidma tagħna trid dejjem tkun iffukata sabiex b’mod konkret u b miżuri f’waqthom nassiguraw l-aħjar interessi tal-ħaddiema u l-familji tagħhom.
Minn qalbna ngħidu GRAZZI u KURAĠĠ lill-ħaddiema kollha.
//= $special ?>