Lokali Saħħa

“Id-Deputati tal-Gvern kollha kompliċi fi tradiment” – Adrian Delia

Id-deputati tal-Gvern huma kompliċi fi tradiment. Aħna mhux se nagħmlu hekk, aħna se nibqgħu niġġieldu biex l-isptarijiet jirritornaw lura għand in-nies, u l-poplu ma jibqax jinsteraq.

Sostna dan il-Kap tal-PN Adrian Delia waqt konferenza tal-aħbarijiet li saret eżatt wara l-vot li ttieħed fil-Parlament il-Ħamis filgħaxija.

Adrian Delia qali li fil-Parlament l-Oppożizzjoni  għamlet stedina lid-Deputati kollha tal-Gvern biex flmkien ningħaqdu fl-aħjar interess għal pajjiżna.. liema stedina ma nlaqatx.

Huwa fakakr kof ħames snin ilu l-Gvern ta’ Joseph Muscat kien iffirma ma’ kumpanija li ħadd ma kien jaf min hi, bl-iskop li jkun hemm min ikun kompliċi f’arranġament biex jisirqu lill-poplu Malti.

Din il-kumpanija tħallset mit-taxxi tal-poplu Malt… flus li permezz tagħhom ma ħadna xejn lura. Il-Kap tal-PN qal li fit-tliet sptarijiet ma sar l-ebda investiment.

Adrian Delia fakkar kif f’Awwissu tas-sena l-oħra, Konrad Mizzi firma kintratt f’isem il-familji u l-ħaddiema Maltin;. f’isem kull Malti u Għawdxi.

Dawn il-mitt jum, wara mitt ġuranta ta’ Robert Abela setgħu ntużaw biex jingħata sostenn lill-ħaddiema li ma mhu se jirċievu l-ebda għajnuna mill-Gvern. 

Adrian Delia qal li bħala rappreżentanti tal-poplu, l-Oppożizzjoni talbet lill-Gvern biex jivvota fl-aħjar interess tal-poplu u jingħatalhom lura dak li hu tagħhom bi dritt. Iżda minflok, assistejna biss għal tradiment.