Lokali Parlament

Il-bejgħ tal-isptarijiet kien ħadma kbira

Chris Said, PN

Id-deputat Nazzjonalista Chris Said qal fil-parlament li dan hu mument tal-prova; il-bejgħ tat-tliet sptarijiet lil Vitals ma kellu qatt isir. Kien hemm ħadma kbira; anki d-deputati tal-gvern jsostnu ma jmissu sar qatt. Dan sar biex xi ħadd isir sinjur minn fuq il-poplu.

Il-parlament għandu jivvota b’saħħa biex l-isptarjiet jgħaddu għand il-poplu u jsir investiment fl-isptarijiet. Il-gvern biegħ is-saħħa tal-Għawdxin f’dan il-ftehim maħmuġ l-uniku sptar f’Għawdex kien privatizzat b’€1. Issa Għawdex spiża bla sptar pubbiku.

Hu kompla li Vitals u Stewards ma lestejtx l-isptar ġdid b450 sodda; 200 sodda iżjed milli hemm illum. Lanqas biss indenjaw ruħhom isegwu l-applikazzjoni għal tibdil fil-pjan lokali.

Issa hemm paniku biex jiżdiedu s-sodod għax Vitals u Stewards ma onorawx il-kuntratt. L-anzjani kellhom jiġu trasferiti għal lukanda f’Għawdex; il-kirja tal-lukanda qed iħallasha l-poplu u mhux Stewards. Dan kuntrarjament għall-investiment li wettaq Gvern Nazzjonlista fis-settur tas-saħħa f’Għawdex.

Id-deputat Nazzjonalista kompla li ċ-Child Devepolment Centre ngħata lill-barranin u t-tfal Għawdxin baqgħu b’xejn. Hu appella lid-deputati Laburisti Għawdxin biex jerfgħu r-responsabbiltà għax jafu li din kienet serqa.