Lokali Parlament

Il-Gvern jagħti daqqa ta’ ħarta lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa

Id-deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi qal li l-emenda tal-gvern hi daqqa ta’ ħatra lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa propju f’dan il-mument importanti.

Fil-parlament Jason Azzopardi qal li l-PN qed jiddefendi lill-ħaddiema fis-settur tas-saħħa, sostna Jason Azzopardi, li qal li l-gvern qed jiddefendi l-korruzzjoni inkluż fil-Montenegro. Hu sostna li l-poplu se jkollu jħalls €100 miljun biex jieħu l-isptarijiet lura wara li Konrad Mizzi ffirma kuntratt minn wara dahar kulħadd.

Id-deputat Nazzjonalista qal li fl-2016 Dphen Caruana Galizia kixfet rapport tad-due diligence li jispeċifika li l-kumpanija hi frodista u li Ram Tumurli qiegħed hemm biex jgħatti lil ħaddieħor; dan ħa €5 miljuni minn flus il-poplu għal sena waħda.

Kienet hi li kixfet ir-rabta mal-Montenegro fejn Vitals kellha tiffirma ftehim għal 18-il sena ma’ dan dan il-pajjiż; pajjiż korrott. Il-Prim Ministru tal-Montenegro kien ivvutat l-aktar politku korrott fi-dinja u fl-2016 iffirma kuntratt ma’ Konrad Mizzi dwar is-saħħa. Vitals hi magna tal-ħasil tal-flus.

Jason Azzopardi qal li Steward għandha tagħti €16-il miljun f’VAT; li kellha €43 miljun f’dejn sentejn ilu. Il-gvern qed jiddefendi l-indifensibbli, sostna Jason Azzopardi, li staqsa għaliex Konrad Mizzi żar il-Montenegro tmien darbiet u ħa miegħu lill-avukat personali tiegħu. Il-poplu se jkun jaf bil-korruzzjoni tal-kuntratti fl-enerġija mal-Montnenegro u bit-tieni mandat ta’ qtil ta’ Daphne Caruana GAlizia.