Ivan Bartolo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo appella lill-Gvern biex b’mod immedjat jimplimenta prezz massimu skont il-liġi għal oġġetti essenzjali minħabba li qed ikun hawn abbuż fi prezzijiet ta’ dawn il-prodotti.
Fl-Aġġornament tal-parlament Ivan Bartolo qal li l-gvern implimenta miżura dwar il-prezz tar-rimi tal-iskart tal-kostruzzjoni iżda din il-miżura ma tgħoddx għall-prezz tal-ikel. Bħalissa hawn abbużi f’diversi prezzijiet tal-ikel li huma essenzjali propju fl-emerġenza ta’ bħalissa.
Hawn eluf ta’ familji li qed isofru minħabba dan l-abbuż. L-aktar li qed isofru minn dan l-abbuż huma l-anzjani, dawk bla xogħol u dawk f’riskju ta’ faqar; għalhekk il-gvern għandu juża l-mezzi anki legali biex iwaqqaf dan l-abbuż.
Il-Ministru tal-Kummerċ għandu d-dritt li jistabilixxi l-prezzijiet ta’ oġġetti bażiċi tal-ikel għal żmien temporanju. Il-gvern għandu r-responsabbiltà li jħares id-drittijiet taċ-ċittadini u jwaqqaf l-isfruttament li għaddej.
Id-deputat Nazzjonalista appella lill-Ministru Silvio Schembri biex jagħti l-ħarsien lill-familji f’riskju ta’ faqar billi jordna l-prezz massimu ta’ oġġetti essenzjali. Dan hu l-mument ta’ prova biex il-gvern juri li ma rjidx li min hu l-aqwa jħawwel. Il-gvern iridirabbi sinsla ġenwina bl-istess mod kif għen lil Ram Tumuruli jieħu €6 miljuni fil-kuntratti li ta tliet sptarijiet lil Vitals u Steward.
Id-deputat Nazzjonalista Ivan Bartolo tkellem dwar il-faqar u qal li minkejja li l-gvern jagħti l-impressjoni li qed iwettaq diversi riformi u proposti pożittivi fil-fatt mhu qed isir xejn biex ikun hemm soluzzjonijiet għall-persuni li għandhom diffikultajiet.
Hu semma’ każ ta’ anzjan Michael Ciantar ta’ iktar minn 60 sena li m’għandux dar fejn jqogħod u appella biex il-gvern ikun iktar qrib dawn il-persuni f’diffikultajiet. Ivan Bartolo semma’ l-ikel li jingħata mill-UE lill-persuni li jkollhom nuqqas ta’ ikel u qal li dawn il-porzjonijiet mhux ikunu biżżejjed għall-persuni l jkollhom bżonn.
//= $special ?>