Lokali Parlament Saħħa

ILLEJLA FIL-PARLAMENT: “Vot Vitali” – Adrian Delia

Illejla l-Parlament se jiddiskuti l-mozzjoni tal-Oppożizzjoni sabiex jiġi kanċellat il-kuntratt ta’ Vitals u Steward – vot imfisser mill-Kap tal-PN Adrian Delia bħala wieħed “vitali” għal pajjiżna.

F’artiklu f’The Times of Malta, Adrian Delia ifakkar illi dan il-ftehim kien mhux biss “difettuż” iżda jqajjem dubji serji fuq kemm kien wieħed ġust. Filfatt, il-proċess ta’ offerti u l-perjodu ta’ konċessjoni, spjega Adrain Delia, kien immarkat minn irregolaritajiet.

Il-Gvern aċċetta ċerti kunidzzjonijiet li kienu jiffavorixxu lill-imprenditur privat u li jmorru kontra l-interess nazzjonali.

Adrian Delia saħaq li l-ftehim ta’ konċessjoni qed jiġi kkontestat fil-qorti mis-soċjetà ċivili u minnu stess, fejn Konrad Mizzi, Chris Cardona u Edward Scicluna tpoġġew taħt inkjesta kriminali. Fil-Qorti, kienu preżentati divesi dokumenti li juru kif miljuni ta’ ewro mit-taxxi tal-poplu Malti qegħdin jiġu mormija billi jingħataw lil din il-kumpanija li sa issa m’għamlet assulutament xejn.

It-telqa fl-Isptar San Luqa

Bħalissa pajjiżna jinsab għaddej minn emerġenza medika, u għalhekk dawn il-flus li kellhom jintużaw għal din l-emerġenza li ninsabu fiha. Minflok dawn il-flus marru għand Ram Tumuluri fejn fl-2017 tħallas ħames miljun ewro. Dan minkejja li Vitals fi tliet snin għamlet telf ta’ 27 miljun ewro.

“Meta ninsabu għaddejjin minn sitwazzjoni fejn diversi ħaddiema spiċċaw bla xogħol…kif jista’ jkun li nippremettu li jintilfu dawn il-flus kollha”, saħaq Adrian Delia.

Il-Kap tal-PN qal li l-Gvern naqas milli jgħidilna li f’Awwissu tas-sena l-oħra, emenda l-konċessjoni oriġinali fejn inkluda 100 miljun ewro penali jekk il-kuntratt ikun terminat qabel iż-żmien stipulat.

L-Oppożizzjoni għamlitha ċara li se tissapportja lill-Gvern jekk dan jiddeċiedi li jittermina dan il-kuntratt.

Adrian Delia qal li llejla d-Deputati tal-Gvern għandhom opportunità li jħassru dan il-ftehim u jivvotaw fl-interess nazzjonali. “lllejla, flimkien, irridu ningħaqdu fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi kollu”, qal Adrian Delia.