Edwin Vassallo, PN
Id-deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo sostna li għandu jieqaf is-serq tal-art agrikola għaliex dan qed ifisser is-serq tad-dinjità tal-bdiewa.
Fl-Aġġornament tal-parlament Edwin Vassallo tkellem dwar Jum il-Ħaddiem u sellem lil numru kbir ta’ ħaddiema li bħalissa jisnabu fuq quddiem u lin-negozjanti żgħar u medji li jinsabu magħluqin.
Hu sellem ukoll lill-ħaddiema fis-settur tal-biedja, is-sajjieda u r-raħħala u qal li dawn qed jieħu misruqa mir-raba’ u mill-protezzjoni li suppost jingħataw mill-pajjiż fl-UE. Edwin Vassallo rrikonoxxa l-ħidma li jwettqu s-sajjieda li ħerġin għat-tonn. Hu tkellem dwar l-importanza li l-bieda tkun protetta biex il-poplu jkollu ħaxix frisk.
Hu kkundanna t-tkissir tal-prezzijiet u qal li l-prodotti xorta mhux iġibu l-prezzijiet tajbin għall-bdiewa, li jinstequ mid-dħul xieraq tagħhom. Dan minkejja li Malta ssieħbet fl-UE.
F’dan il-perjodu suppost li l-pajjiż qed jipproteġi l-prodott frisk tiegħu minħabba l-problemi li hawn, sostna Edwin Vassallo, li rringrazzja liż-Żgħażagħ Qrib L-Agrikoltura itennu l-pożizzjoni ta’ protezzjoni għall-prodott Malti.
Dwar il-protezzjoni legali lill-bdiewa, Edwin Vassallo qal li l-parlament esperjenza vot favur serq ta’ tliet sptarijiet. Fil-pajjiż hawn omertà fejn kulħadd jagħmel li jrid. Il-gvern jissaħħaħ iktar ma jkunx hawn omertà u kulħadd jagħmel li jrid.
Edwin Vassallo tkellem dwar il-Magħtab u qal li grazzi għall-protesti li saru l-gvern se jnaqqas l-ammont ta’ art agrikola li se jieħu fil-Magħtab. Hu qal li jekk ir-raġuni tal-gvern kienet li se jieħu s-70 tommna biex jagħlaq l-impjant ta’ Sant Antnin, fl-2020 l-istess gvern Laburista kien wieħed li jagħlaq il-miżbliet tal-Magħtab u tal-Qortin f’Għawdex. Hu spjega li din il-miżbla tal-Qortin u l-Impjant ta’ Sant Antnin se jingħalqu iżda l-PL kellu wkoll wegħda elettorali li jagħlaq il-miżbla tal-Magħtab.
Edwin Vassallo qal li l-gvern irid jiffaċċja l-problema dwar fejn se jarmi l-iskart. Fit-2 ta’ Settembru 2020 kien rapportat li Joe Mizzi kellu jittardja li jagħlaq il-Magħtab u l-Qortin għax qal li għad iridu jkunu rranġati. Irridu nieqafu nisirqu r-raba’ tagħna għad-detriment tal-bdiewa li qed jinsterqu mid-dinjita tagħhom, sostna Edwin Vassallo.
//= $special ?>