Karol Aquilina, PN
Id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina dan li dan hu l-mument tal-għażla bejn is-sewwa u l-ħażin; okkażjoni unika u bla preċedent fejn il-parlament qed jitlob lill-gvern biex jingħata lura tliet sptarijiet.
Fil-parlament id-deputat Nazzjonalista qal li d-deputati tobba tal-gvern għandhom jivvutaw favur l-interessi tal-pazjenti; f’idejn Evarist Bartolo li jgħdi li seta mexa’ mod ieħor quddiem l-iskandli tal-gvern; f’idejn id-deputati Laburisti Għawdxin biex tassew ikunu d-difiża tal-Għawdxin u jagħtu lura l-isptar tal-Għawdxin lill-Għawdxin, f’idejn id-deputati Laburisti li qalu li m’għandhomx x’jaqsmu mat-taħwid ta’ Joseph Muscat, Keith Schembri u Konrad Mizzi.
Issa f’dejn il-Prim Ministru biex jagħmel l-għażla bejn il-patt imxajtan u kemm hu raġel mal-poplu u miegħu innifsu. Issa ċ-ċans li titħassar l-oxxenità li għamel Joseph Muscat; issa f’idejn Chris Fearne li qagħad attent li ma jkollux x’jaqsam ma’ Vitals u Stewards iżda qed jiddefendi l-korruzzjoni ta’ sħabu. Issa ċ-ċans li d-deputat Laburisti jivvota favur il-pazjenti Maltin.
Id-deputat Nazzjonalista qal li dan hu ż-żmien tal-fatti u mhux tal-opinjonijiet; għażla waħda favur dak li hu tajjeb biex il-parlament jagħmel il-pass li l-gvern inkapaċi li jagħmel il-gvern fl-ewwel 100 jum. Il-PN irid li jsir dak li l-gvern għadu m’għmilx. Issa l-mument tal-prova, sostna Karol Aquilina.
//= $special ?>