Ħelikopter tal-qawwa tal-ajru Kanadiża, tal-għamla Sikorsky CH-148 Cyclone, iġġarraf b’6 membri tal-ekwipaġġ abbord it-Tlieta filgħaxija 50 mil fil-punent tal-gżira Griega ta’ Kefalonija, fil-baħar Ionju, bejn il-Greċja u l-Italja.
Wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ instab mejjet filwaqt li l-ħames membri l-oħra huma rrappurtati nieqsa f’din it-traġedja fil-Mediterran.
Il-qawwa tal-ajru Kanadiża kkonfermat li wieħed mill-ħelikopters tagħha, li kien qiegħed jaqdi missjoni tan-NATO, iġġarraf.
Żewġ laneċ tal-qawwiet militari Torok u Taljani qegħdin fuq il-post biex isir it-tiftix u s-salvataġġ tal-membri tal-ekwipaġġ.
Aktar dettalji hekk kif jaslulna.
//= $special ?>