Coronavirus Internazzjonali

Jiżdiedu l-każijiet fil-Ġermanja – appell biex il-Gvern iżomm l-miżuri

Il-Ġermanja kompliet iżżid fil-każijiet pożittivi hekk kif fl-aħħar sigħat instabu 1,478 każ ġdid ta’ Coronavirus. Dan huwa r-raba’ jum konsekuttiv li kien hemm żieda fil-każijiet f’dan il-pajjiż li jinsab fiċ-ċentru tal-Ewropa.

L-imwiet fil-Ġermanja żdiedu b’73, bit-total sa issa huwa dak ta’ 6,288.

Il-ġimgħa l-oħra l-Ġermanja rħiet ftit mir-restrizzjonjiet li kellha, b’uffiċjali jgħidu li għadhom mhux ċertu jekk il-każijiet żdiedux minħabba li neħħew numru ta’ miżuri.

Minn stħarriġ li sar mal-pubbliku Ġermaniż inħareġ li l-Ġermaniżi ma jridux li jħaffu l-proċess ta’ kwarantina, u qed isir appell biex il-Gvern iżomm l-miżuri jew jieħu miżuri addizzjonali biex iħares is-saħħa tal-poplu tiegħu.