Claudio Grech, PN
Id-deputat Nazzjonalista Claudio Grech qal li kull gvern jagħmel deċiżjonijiet tajbin u oħrajn inqas tajbin iżda hu ssurreali li jiun hemm deċiżjonijiet fundamentali ħażin f’kollox.
Fil-parlament Caludio Grech qal li dan il-proġett hu wieħed minnhom; esponenti tal-gevrn qed jgħidu li huma mħassba bil-kuntratt u qed jagħtu raġun lill-PN li dan il-kuntratt fih fuq x’hix tiħasseb. Issa għall-ewwel darba l-Ministru tal-Finanzi iddefenda l-kuntratt.
Claudio Grech kompla lil-gvern Laburista kien ipprivatizza t-tliet sptarijiet u aġġudikazzjoni li seja li damet seba’ ġimgħat; qabbdu kumitat ta’ evalwazzjoni li irrakkomanda lil Vitals. Huma għażlu lil Vitals meta kienet kumpanija bla esperjenza, li l-s-sid aħħari tagħha ma kienx magħruf, aċċettaw li din hi share company, m’għmulx due diligence fuq is-sidien u ma saret l-ebda verifika fuq il-kuntratti li kien hemm.
Din il-kumpanija ma onoratx dak li ġiet obbligata tagħmel. Il-kumpanija ikkomettiet li tinvesti €190 miljun iżda dan ma seħħx. Il-kumpnaija għandha biss €1,200 f’kapital!
Quddiem dan, il-Gvern qabbad lill-Ministru tat-Turiżmu biex jaħfer performance bond ta’ €9 miljuni u biex tawh polza ta’ assikurazzjoni waqt li tawh klawosla li jekk hu stess ifalli, il-poplu jħallas €100 miljun biex jieħu l-isptarijiet lura. Dan hi materja dwar l-interess nazzjonali, sostna Claudio Grech, li kompla li, dawn it-tliet sptarijiet pubbliċi għandhom jerġgħu isiru tal-Maltin.
//= $special ?>